Saturday, May 18, 2024

Table Tennis: Tintlagħab it-tmien ġurnata tal-kampjonat nazzjonali 

Aqra wkoll

Hekk kif it-Tnejn li għadda kompla l-kampjonat nazzjonali tat-table tennis fil-Padiljun tal-Universita’ f’Tal-Qroqq, tliet timijiet kisbu l-punti massimi fl-ewwel diviżjoni.  

Top Spin TT Academy Andro u Alpha Gewo kellhom rebħiet identiċi ta’ 6-0 kontra HITT Academy Valletta u Mosta Gunners rispettivament. 

Mill-banda l-oħra, HITT Academy Kyte Consultants għelbu lil MITTC Butterfly 5-1. 

Mit-tieni diviżjoni, MITTC Butterfly Rozena u HITT Academy Legends offrew logħba ferm akkanita b’tal-aħħar jirbħu 4-3.  Bl-istess skor HITT Academy Legends għelbu lil MITTC Butterfly Rozena.  

MITTC Butterfly Angela Bajada u Top Spin TT Academy Hexer kisbu rebħiet dominanti kontra PBC Table Tennis Bluefire (5-1) u Alpha Calleja Ltd (6-0). 

HITT Academy FXP u Top Spin TT Academy Supercores kisbu skor simili ta’ 4-2 kontra Alpha Sensus u HITT Academy ITX rispettivament. 

Sport