Wednesday, December 25, 2024

Premier League: Tottenham isofru l-ewwel telfa

Aqra wkoll

Chelsea għelbu lil Tottenham 4-1 fit-Tottenham Stadium li spiċċaw jilagħbu b’disa’ players f’partita frenetika u kaotika tal-Premier League mimlija drama u kontroversja.

Nicolas Jackson (75, 94 u 97) skorja hat-trick tard fit-tieni taqsima wara li Spurs kellhom lil Cristian Romero (33) jitkeċċa b’karta ħamra diretta, u lil Destiny Udogie (55) ikollu l-istess xorti meta ġie muri t-tieni karta safra.

Kien Dejan Kulusevski li poġġa lit-team tal-manager Awstraljan, Ange Postacoglu, fil-vantaġġ wara biss ħames minuti meta f’kontrattakk x-xutt tiegħu ġie devjat għal ġewwa Levi Colwill.

Iżda Cole Palmer kiseb id-draw mill-penalty li kkommetta Romero fil-35 minuta u ntwera l-karta ħamra għall-foul fuq il-kompatrijott Arġentin, Enzo Fernandez.

B’kollox ġew annullati ħames goals potenzjali jew għal offside jew għal ‘handball’, bi pletora ta’ deċiżjonijiet jiġu riveduti mill-VAR.

Din kienet l-ewwel telfa tal-istaġun għal Tottenham li baqgħu fit-tieni post b’26 punt, b’Liverpool u Arsenal għandhom 24 kull wieħed.

Ekonomija

Sport