Thursday, May 9, 2024

Profil b’isem tfajla rappurtata nieqsa jgħid li “għadni ħajja”

Aqra wkoll

It-tfajla rrapurtata nieqsa fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija l-Ġimgħa li għadda kitbet fuq il-profil tagħha ta’ Facebook b’reazzjoni għad-diversi kummenti li segwew l-aħbar fuq il-mezzi soċjali.

Shakira Degabiele ta’ 17-il sena kitbet tgħid li l-midja ma kellhiex tindaħal u biex ma jilħqux salib ħaddieħor.

Hija żiedet tgħid li “Ħajja għadni u ħajja nibqa’ … tinkwetawx u jekk qiegħda nieqsa narah jiena u mhux intkom”.

Din ir-reazzjoni tagħha mhix konfermata li nħarġet minnha, għalkemm il-profil li minnu nħarġet ir-reazzjoni jġib l-isem tagħha.

Fl-istqarrija maħruġa mill-pulizija ntqal li t-tfajla dehret l-aħħar fil-limiti tas-Siġġiewi.

Sport