Tuesday, February 18, 2025

Proġett li ser jikkonsisti fi tħawwil ta’ għexieren ta’ siġar ġodda, 20 parkeġġ ġdid u mgħammar b’sistemi sostenibbli

Spazju miftuħ ġdid fuq il-ġibjun tal-Imqabba

Aqra wkoll

Fl-Imqabba, fuq ġibjun ta’ madwar 1,000 metru kwadru u li bħalissa m’għandu ebda użu, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia ħabbar li se jkun qiegħed jinbidel fi spazju miftuħ.

Il-ġibjun, li għal snin twal kien jintuża biss biex jilqa’ l-ilma tax-xita, se jkun qed jissaqqaf biex ikun mibdul f’pulmun aħdar għal-lokalità tal-Imqabba u lokalitajiet ġirien. Kien spjegat li l-ewwel fażi tal-proġett se tkun tikkonsisti f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-ġibjun.

Farrugia saħaq kif il-ħolma ta’ kull familja Imqabbija se tkun qed issir realtà bi proġett tanġibbli. “Dan il-proġett, li se jkun qiegħed jittrasforma ż-żona tal-ġibjun minn kif nafuha llum għal spazju li joffri t-trankwilità, se jfisser investiment fil-kwalità tal-ħajja tal-familji kif ukoll ikompli jibni fuq ix-xogħol li qiegħed isir biex in-Nofsinhar ta’ Malta jkollha arja iktar nadifa,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Min-naħa tagħha, Grace Marie Zerafa, is-Sindku tal-Imqabba, esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal dan l-ispazju miftuħ ġdid.

Il-proġett, li ser ikun qiegħed jitwettaq b’investiment ta’ madwar €700,000, ser jikkonsisti f’soft landscaping, bankijiet ġodda li huma maħsubin biex jipprovdu spazju kalm li jsaħħaħ il-kuntest soċjali u kulturali lokali kemm matul il-ġurnata kif ukoll filgħaxija, jindirizza l-inkonvenjent tan-nuqqas ta’ parkeġġi b’20 parkeġġ ġdid u sistema sostenibbli ta’ pannelli fotovoltajiċi u sistema tas-sigurtà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport