Sunday, October 18, 2026
Home Internazzjonali Protesti vjolenti f’Milan u Bologna fl-Italja

Protesti vjolenti f’Milan u Bologna fl-Italja

0
48

Fl-Italja ukoll saru protesti vjolenti b’mod partikolari f’Milan u Bologna. Anki hawn il-pulizija użat il-gass tad-dmugħ  wara li l-istess Pulizija ġew attakkati minn dimostranti li kienu qed jitfgħu l-ġebel fil-pjazza ta’ quddiem il-katidral  ta’ Milan. Kien hemm ukoll ġlied fil-belt ta’ Bologna wara protesti dwar l-għoli tal-ħajja. Filfatt il-pulizija f’Bologna użat kanuni tal-ilma biex tipprova xxerred il-folol u arrestat seba’ persuni wara li l-protesta saret vjolenti. Il-Prim Ministru Taljana, Giorgia Meloni, li se tiffaċċja elezzjoni s-sena d-dieħla, ikkundannat il-vjolenza. Hi iddikjarat hekk:  “li tipprotesta huwa dritt. Li nbiddlu l-ibliet tagħna f’kampijiet tal-battalja, le,” qalet fuq il-pjattaforma X.

F’Milan, il-Pulizija mgħammrin għall-kontroll tal-irvellijiet ippruvat ukoll tneħħi lid-dimostranti b’wiċċhom mgħotti mill-Galleria Vittorio Emanuele II, il-passaġġ kummerċjali lussuż li jinsab fuq naħa waħda tal-pjazza tal-katidral, hekk kif gruppi ta’ dimostranti inqatgħu mill-protesta kontra l-għoli tal-ħajja. Il-ħwienet għalqu l-bibien  u t-turisti ħarbu miż-żona ċentrali. L-istazzjon tal-metro ċentrali ta’ Duomo (il-Katidral) ingħalaq waqt il-ġlied, li fih ġie rrappurtat li ndarbu diversi persuni u saru xi arresti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here