Pulizija migdum minn persuna waqt li kien se jiġi skortat għal Monte Karmeli

0
778

Pulizija weġġa’ waqt li kien qed jaqdi dmirijietu ġewwa Materdei Extra Duty.

Filwaqt li awgurawlu fejqan ta’ malajr, il-Police Officers Union (POU) qalet li l-pulizija involut safa’ migdum minn persuna bi bżonnijiet psikoloġiċi waqt li kien se jiġi skortat għal Monte Karmeli.

Il-POU qalet li bħala union qed tesiġi li l-pulizija li jagħmel extra duty ġewwa Materdei għandu jkun attrezzat b’tazer u kif ukoll Bodycam u mhux xejn.

Hija fakkret li diġà weġġa’ pulizija f’inċident ieħor f’inqas minn xahrejn.

Għaldaqstant, hija talbet l-amministrazzjoni biex tittieħed azzjoni immedjata.