Tuesday, December 24, 2024

Pumpiera joħorġu persuni maqbudin f’karozza wara inċident f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Tliet persuni ddaħħlu l-isptar b’urġenza wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:00 p.m kienu involuti f’inċident fi Triq Manuel Dimech f’-Ħal Qormi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li sewwieq għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl.

Fil-post issejħu minnufih timijiet mediċi, ambulanzi u Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn tal-aħħar ħarġu persuni li sfaw maqbudin fil-karozza.

It-triq kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku kawża tad-dinamika tal-inċident.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Ekonomija

Sport