Puttinu Cares tifraħ lil Mason talli ta’ 5 snin fieq mill-kanċer tal-leukemia

Aqra wkoll

F’messaġġ li tellgħet fuq il-midja soċjali, Puttinu Cares ferħet lil Mason li għandu 5 snin u li b’kburija daqq il-qanpiena biex jiċċelebra t-tmiem tal-kura tiegħu kontra l-kanċer tal-leukemia. 

Imdawwar bil-ġenituri tiegħu li kienu ta’ appoġġ kbir għalih, b’oħtu u bl-istaff mill-aqwa tas-sala, Mason iċċelebra dan il-mumment bi tbissima, kejk u b’dik id-daqqa tal-qanpiena tant speċjali. 

Puttinu Cares tenniet il-messaġġ billi awgurat futur mimli saħħa, ferħ u ħafna avventuri sbieħ. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport