Thursday, May 2, 2024

Qabża l-baħar fix-Xlendi b’risq il-Fondazzjoni OASI

Aqra wkoll

Ilbieraħ, f’ġurnata temp mill-isbaħ, ittellgħet it-tieni edizzjoni ta’ “Jump for Life” fil-bajja pittoreska tax-Xlendi, Għawdex.

Din l-attività kienet organizzata mill-fondazzjoni OASI bil-għan li tħeġġeġ lil dawk li jridu jagħmlu dik il-qabża meħtieġa f’ħajjithom ‘il bogħod mill-vizzji.

L-attività bdiet minn filgħodu fejn dawk li ħadu sehem riedu l-ewwel jirreġistraw. Il-parteċipanti għamlu wkoll mixja qasira madwar il-bajja. Uħud minnhom ukoll marru dawra f’baħar kalm madwar il-bajja permezz ta’ kenura.

Wara, għall-ħabta ta’ nofsinhar, saret il-qabża fil-baħar u ma setax jonqos xarba sħuna hekk kif il-parteċipanti telgħu mill-baħar.

Sport