Inter komplew juru l-qawwa tagħhom fis-Serie A meta għelbu lil Parma 3-0 f’darhom, bil-goals jaslu kollha fl-ewwel taqsima.
B’hekk Inter kisbu l-ħames rebħa f’sitt logħbiet fil-kampjonat, filwaqt li Parma komplew bis-sensiela ta’ mingħajr rebħa kontra l-istess avversarji għal 11-il konfront.
Kiein Petar Sucic fetaħ l-iskor fit-13-il minuta għan-Nerazzurri wara żball fid-difiża ta’ Parma, qabel Hakan Calhanoglu rdoppja minn penalty ħames minuti wara. Marcus Thuram skorja it-tielet goal fit-30 minuta b’konklużjoni preċiża wara azzjoni veloċi.
Fit-tieni taqsima, Inter baqgħu fil-kontroll u Parma ftit li xejn ħolqu periklu.




