Sunday, December 22, 2024

Qbil favur emenda biex MPs jikkontestaw il-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-PL

Aqra wkoll

Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, illeјla tlaqqgħet il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista fejn tpoġġew għad-diskussjoni emendi statutorji fosthom il-possibilità li l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tkun tista’ tiġi kkontestata minn Membri Parlamentari. Emendi li saru bil-għan li jwassal għal aktar tiġdid fil-Partit Laburista.


Preżenti għal din il-konferenza kien hemm il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela flimkien mal-amministrazzjoni tal-partit. Intant, tard filagħxija ġie rrapportat li kien hemm qbil li jinbidel l-istatut sabiex ikun permess li Membri Parlamentari jikkontestaw għar-rwol ta’ Deputat Mexxej tal-PL.


L-elezzjonijiet għall-karigi ta’ Deputati Mexxejja u ħatriet oħra fl-Amministrazzoni tal-Partit Laburista se jsiru bejn it-13 u l-15 ta’ Settembru.


In-nominazzjonijiet għall-karigi kollha se jinfetħu nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu u jibqgħu miftuħin sal-25 ta’ Awwissu.


L-elezzjonijiet jitmexxew mill-Kummisjoni Elettorali tal-Partit Laburista.  Il-Konferenza Ġenerali tagħlaq il-Ħadd 15 ta’ Settembru b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.

Ekonomija

Sport