Wednesday, January 15, 2025

“Qed jittieħdu passi sabiex jitkabbar id-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar f’Għawdex”

- Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela

Aqra wkoll

Il-ħin medju ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa ta’ madwar 40 jum.Qed jittieħdu diversi miżuri biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija f’dan id-Dipartiment fosthomm, passi sabiex jitkabbar id-Dipartiment tal-Outpatients tal-Isptar. Dan se jżid in-numru ta’ kliniċi fejn il-konsulenti jkunu jistgħu jaraw aktar pazjenti.

Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Il-Ministru tas-Saħħa spjega kif qed ikompli jikber n-numru ta’ konsulenti li jipprovdu servizzi f’diversi dixxiplini, biex b’hekk jiżdiedu l-booking slots disponibbli u jitnaqqas il-ħin ta’ stennija f’dan id-Dipartiment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport