Thursday, March 28, 2024

Qormi l-Isptar wara ħabta fil-Gudja

Aqra wkoll

Żagħżugħ indarab wara li aktar kmieni għad-9:00 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Dawret il-Gudja, fil-Gudja.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Hyosung RX125D misjuq minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħa ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport