Friday, April 26, 2024

Qorti tordna biex Jacob Zuma jerġa’ jiddaħħal il-ħabs

Aqra wkoll

Qorti ġewwa l-Afrika t’Isfel ordnat li l-eks President Jacob Zuma jerġa’ jibda jiskonta s-sentenza ta’ priġunerija ġewwa l-ħabs wara li sabet li l-parole medika li kienet ingħatatlu kienet “kontra l-liġi”. Il-qorti ta’ Pretoria qalet li ż-żmien li huwa qatta’ barra l-ħabs mhux se jkun magħdud mas-sentenza ta’ 15-il xahar ħabs li se jkun qiegħed jiskonta. 

Zuma kien ġie meħlus mill-ħabs fil-5 ta’ Settembru li għadda minħabba kundizzjoni medika li baqgħet mhix magħrufa. Huwa kien ġie arrestat wara li naqas milli jattendi biex jixhed f’inkjesta dwar allegazzjonijiet li korruzzjoni li seħħew waqt il-presidenza tiegħu. 

L-eks President, li llum għandu 79 sena, ta lilu nnifsu lill-pulizija f’Lulju li għadda wara li kien qal li ma jridx jidher quddiem il-qorti. 

L-arrest tiegħu, li qatt ma seħħ bħalu ġewwa l-Afrika t’Isfel, kien wassal għal diversi protesti li kienu anke vjolenti. 

Sport