Monday, May 13, 2024

Quddiesa f’għeluq is-sena mill-mewt ta’ Silvio Parnis

Aqra wkoll

Fit-3 ta’ Jannar li ġej, Silvio Parnis se jagħlaq sena minn meta ħalla din id-dinja. Dakinhar fid-9.00 a.m. il-familja Parnis se tkun qed tħejji quddiesa għal ruħu fil-kappella tal-kunvent ta’ Santa Katarina, il-Belt Valletta. Dħul minn Triq ir-Repubblika. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

Din il-Kappella u s-sorijiet ta’ dan il-kunvent kienu għeżież ħafna għal Silvio. Fil-fatt meta kien jaħdem il-Belt bħala Segretarju Parlamentari kien jagħmel mezz li jżurhom kuljum.

Meta aktar tard f’ħajtu marad, meta kien jiflaħ, baqa’ jżurhom ukoll. Inħass għalhekk li m’hemmx post aħjar minn dan biex fih issir din il-quddiesa.

Sport