Friday, February 21, 2025

Raġel armat b’sikkina jisraq minn banka tal-lottu f’Burmarrad

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa
minn banka tal-lottu fi Triq Burmarrad, Burmarrad.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel liebes hoodie allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab l-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 43 sena.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport