Thursday, April 18, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga

Aqra wkoll

Raġel ta’ 37 sena ġie arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga, fil-Qawra.
Il-każ seħħ dalgħdu għall-ħabta tal-11.30am meta l-Pulizija li kien fuq ronda fi Triq Annetto Caruana u nnota vettura pparkjata f’kantuniera. Wieħed mill-uffiċjali lemaħ lil sid il-vettura u talbu d-dettalji biex tinħariġlu kontravenzjoni u minn hemm qajjem suspett li seta’ kellu xi ħaġa illegali.


Waqt tfittxija li saret fil-vettura, instabu xi flus kontanti, ponn tal-ħadid. Minħabba li dawn l-oġġetti qajmu aktar suspett, kompliet it-tfittxija fil-vettura fejn il-Pulizija sabet 19-il qartas bi trab kannella suspettati droga eroina u 27 boroż żgħar b’sustanza bajda suspettata kokaina.


Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija il-Floriana, waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.


Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli qiegħda tmexxi inkjesta.

Ekonomija

Sport