Wednesday, April 24, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ ħsarat fuq vetturi

Aqra wkoll

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11.30p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Cassarino, San Pawl il-Baħar kien hemm raġel li kien qed jkisser il-ħġieġ ta’ xi vetturi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u fi Triq it-Turisti sabu Niġerjan ta’ 25 sena  b’ħadida twila f’idejh. Huwa instab li kien qed iġorr ukoll sikkina twila u ħadida oħra. Intalbet l-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u waqt li r-raġel kien qed jiġi arrestat huwa sar agressiv bil-Pulizija kienu kostretti jużaw il-pepper spray.

Waqt l-arrest huwa għamel ħsarat fuq vettura tas-servizz u żewġ kuntistabbli tar-RIU sofrew ġrieħi li aktar tard ġew iċċertifikati bħala ġrieħi ħfief.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-lock up tal-Pulizija, il-Furjana filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Sport