Tuesday, November 12, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ tixrid ta’ materjal estremista

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena mill-Kosta tal-Ivorju ġie arrestat f’operazzjoni li seħħet għal xil-5:00 a.m, fi Triq Giovanni Barbara, il-Ħamrun, b’rabta ma’ tixrid ta’ materjalestremista.

L-arrest li sar wara ġimgħat ta’ sorveljanza u analiżi ta’ intelliġenza, b’ħidma koordinata bejn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija.

Fl-operazzjoni, il-Pulizija ċċirkondat żewġ propjetajiet biswit xulxin li minnhom, fost oħrajn, ġew elevati diversi oġġetti elettroniċi fosthom servers, marbuta ma’ tixrid ta’ materjal estremista.

Ir-raġel arrestat ttieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport