Raġel ta’ 47 sena residenti Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li dalgħodu għall-ħabta tas-5:45 a.m., kien involut f’inċident f’Misraħ tal-Madonna Medjatriċi f’Ħaż-Żabbar.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza tal-għamla Peugeot li kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.