Raġel ta’ 39 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:00a.m , kien involut f’argument ma’ raġek ieħor fi stabbiliment fi Triq il-Kavetta f’San Pawl il-Baħar.
Minn investigazzјoniјiet preliminari rriżulta li qam argument beјn raġel ta’ 39 sena mill-Bożinјa u Ħarzegovina residenti Birkirkara u raġel ieħor li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa, hekk kif ħarab minn fuq il-post.
Waqt l-argument allegatament intużat sikkina. Ir-raġel ingħata l-għaјnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza
L-investigazzјoniјiet tal-Puliziјa għadhom għaddeјјin