Raġel ta’ 39 sena residenti r-Rabat Għawdex ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.30 sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum Daħlet Qorrot, in-Nadur.
Sori qrib dan is-sit qalulna li persuni li kienu qegħdin jgħumu fl-inħawi lemħu raġel wiċċu ‘l isfel fl-ilma u mill-ewwel marru biex itellgħuh fuq fl-art.
Sakemm waslet l-ambulanza xi persuni kienu diġà bdew jagħtu l-ewwel għajnuna, biex imbgħad it-tim mediku beda jagħtih CPR.
Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat fil-periklu tal-mewt, għalkemm sa filgħaxija jidher li l-kundizzjoni tiegħu qalbet waħda stabbli.
Il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D ġie infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin