Raġel mis-Sirja ta’ 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li llum għall-ħabta tas-2:00 p.m kien involut f’inċident fi Triq J Coppini fl-Imsida.
Minn stħarriġ illi sar, iriżulta li s-Sijan waqa’ madwar ħames sulari għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.