Wednesday, February 19, 2025

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ tlett sulari minn gallarija f’lukanda

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena mill-Indja residenti San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7:30 p.m., kien involu finċident fi Triq r-Ramel f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma waqa’ minn għoli ta’ madwar tlett sulari minn gallarija.

Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport