Raġel ta’ 57 sena residenti l-Fontana Għawdex għall-ħabta tal-9.45am waqt kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’razzett li jinsab fi Triq ta’ Marsalforn waqa’ u tilef ħajtu.
Kelliem għall-pulizija qalilna li mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel kien qiegħed fuq sellum jaqta’ xi siġar u għal xi raġuni waqa’.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ċċertifika lir-raġel mejjet.
Bħalissa fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija li qegħdin jinvestigaw il-każ filwaqt li nfetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech.