Raġel ta’ 27 sena li jgħix Ħal Tarxien, għall-ħabta tat-2:45 p.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq talmutur ta’ l-għamla Honda kien tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

