Monday, December 23, 2024

Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara argument ma’ raġel ieħor fejn intużat tazza tal-ħġieġ

Aqra wkoll

Il-Pulizija bħalissa għaddejja b’investigazzjoni, hekk kif aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-2:15 a.m, issejħet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq id-Dejqa fil-Belt Valletta

Meta marret fuq il-post, il-Pulizija sabet li kien hemm żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Belt stess b’xi ġrieħi. Huwa ttieħed fl-eqreb ċentru tas-saħħa għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li aktar kmieni, kien seħħ argument bejn il-vittma u raġel ieħor li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa minħabba li kien telaq minn fuq il-post.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport