Friday, May 3, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-mutur

Aqra wkoll

Raġel min-Nepal ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar ġie ċċertifikata li weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-2.00am kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ fi Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar.

Hekk kif ġew informati l-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel kien qiegħed isuq mutur Kymco, tilef il-kontroll u nqaleb.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Sport