Friday, April 19, 2024

Raġel jinżamm arrestat wara li nqabad bid-droga fil-Marsa

Aqra wkoll


Raġel ta’ 25 sena dalgħodu tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li fil-pussess tiegħu kellu droga.

Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi, u l-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat.

Il-Pulizija qalu li aktar kmieni din il-ġimgħa, Pulizija li kienu fuq ronda fl-inħawi ta’ Sqaq il-Ġerrejja fil-Marsa nnutaw raġel iġib ruħu b’mod suspettuż.

Malli nduna bil-preżenza tagħhom huwa ħarab iżda warajħ ħalla basket li kien qed iġorr. Fil-basket instabu numru kbir ta’ qratas ta’ droga suspettata eroina, kokaina kif ukoll kannabis.

Sport