Sunday, November 24, 2024

Raġel l-isptar wara inċident bejn karozza tal-linja u BMW

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena residenti l-Gżira kellu jidaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-10.00am kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt tal-Pietà.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li l-inċident seħħ bejn karozza tal-linja tal-għamla King Long li kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħal Qormi u BMW 320 D li kienet misjuqa mir-raġel li ttieħed l-isptar.

Hekk kif il-karozza kienet wieqfa fuq bus stop, għal xi raġuni l-BMW spiċċat taħbat fiha. Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-BMW ttieħed l-Isptar.

It-triq għamlet madwar sagħtejn magħluqa għat-traffiku.

Minkejja li l-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa, huwa eskluż li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Sport