Monday, May 6, 2024

Raġel l-Isptar wara inċident tat-traffiku l-Marsa

Aqra wkoll

Raġel kellu jittieħed wara li għall-ħabta tal-5.30pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Iljun fil-Marsa eżatt fuq in-naħa ta’ wara tal-Pavi.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li r-raġel li għandu 48 sena minn Ħal Luqa kien qiegħed isuq mutur BMW C400X. Għal xi raġuni hu kellu mpatt ma’ karozza Citroen C3 li kienet misjuqa minn raġel Ġermaniż. Fil-karozza kien hemm mara passiġġieri.

Is-sewwieq tal-karozza u l-mara li kienet miegħu ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.

Sport