Raġel ta’ 53 sena residenti l-Isla kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li għall-ħabta tas-2.30pm kien involut f’ħabta fi Triq Qalet f’Marsaskala.
Kelliem għal pulizija qal lil dan is-sit li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura Hyundai Getz li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’Isuzu Elf u f’Toyota Vitz li dak il-ħin kienu pparkjati.
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei maru fuq il-post fejn wara li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel ittieħed l-isptar għal aktar osservazzjoni. Għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti, ir-raġel mhux fil-periklu tal-mewt.
Il-pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ…
Aktar kmieni: Inċident tat-traffiku f’Marsaskala
Ftit tal-minuti ilu, għall-ħabta tas-2:25 p.m seħħ inċident fi Triq Qalet f’Marsaskala.
Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan is-sit li hemm persuna li weġġgħet u li fuq il-post jinsab tim mediku sabiex jagħati l-assistenza tiegħu.
Aktar dettalji malli jaslulna…