Wednesday, July 24, 2024

Raġel liebes ta’ buffu jidħol jisraq minn stabbiliment fi Queensland

Aqra wkoll

Filmati xokkanti wrew il-mument li raġel armat liebes ta’ buffu wettaq serqa fi stabbiliment fin-Nofsinhar ta’ Brisbane u wara telaq minn fuq il-post.

Id-detectives mill-Fergħa ta’ Investigazzjoni Kriminali ta’ Upper Mount Gravatt (CIB) ħarġu dawn il-filmati tas-serqa li seħħet fid-29 ta’ Diċembru. 

Mill-filmati, ir-raġel deher dieħel f’dan l-istabbilment għall-ħabta tas-7.30 p.m. u f’idejh kellu wkoll pistola. Il-Pulizija qiegħda tgħid li l-allegat ħalliel seraq ammont ta’ flus kontanti qabel ħarab minn fuq il-post.

L-impjegat f’dan l-istabbiliment ma sofra l-ebda ġrieħi f’dan l-inċident. Sadanittant, sar ukoll appell biex kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ, jgħaddiha lill-Pulizija ta’ Queensland.

Ekonomija

Sport