Illum, għall-ħabta ta’ 11:30 a.m., il-Pulizija ser tressaq raġel il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea
Fi stqarrija mibgħuta mill-Pulizija aktar kmieni ilbieraħ, intqal li Libjan ta’ 29 sena residenti Ħal Għargħur safa ferut gravi wara li l-Ħadd għall-ħabta tat-3:00 a.m kien involut f’argument ma’ Malti ta’ 34 sena residenti l-Gżira li seħħ fl-istess lokalità.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post il-Pulizija sabu lil-Libjan midrub fuq bankina u minnufih issejjaħ tim mediku li tah l-ewwel għajnuna sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.