Saturday, December 14, 2024

Razziżmu: Erba’ partitarji oħra ta’ Udinese sospiżi għal għomorhom

Aqra wkoll

Erba’ partitarji ta’ Udinese li abbużaw b’mod razzista lill-goalkeeper ta’ Milan, Mike Maignan, ġew sospiżi għal għomorhom mill-club tas-Serie A. Il-logħob ġie sospiż għal ftit ħin f’partita tal-kampjonat fl-20 ta’ Jannar meta Milan ħallew il-ground wara li ġibdu l-attenzjoni tar-referee bl-abbuż.

L-erba’ partitarji huma wkoll sospiżi mill-grounds Taljani kollha għal ħames snin, ħabbret il-pulizija Taljana. Udinese qalu li estendew dan għal sospen­sjoni għal għomorhom minn Stadio Friuli.

“Udinese jistgħu jikkonfermaw li ddentifikaw erba’ individwi oħra relatati mal-inċident ta’ diskrimi­nazzjoni lejn il-player ta’ Milan, Mike Maignan,” qal il-club fi stqarrija nhar l-Erbgħa. “Dawn l-individwi se jkunu sospiżi wkoll mill-Bluenergy Stadium (Stadio Friuli) għal għomorhom.

Nhar it-Tnejn, Udinese kkonfermaw li partitarju ieħor kien ġie sospiż għal għomru waqt li l-club ġie ordnat ukoll jilgħab partita waħda bil-bibien magħ­luqa.

Ekonomija

Sport