Wednesday, April 24, 2024

Real Madrid se jiddiskutu kuntratt ġdid ma’ Vinicius Jr “fix-xhur li ġejjin”

Aqra wkoll

Real Madrid se jiddiskutu kuntratt ġdid ma’ Vinicius Junior “fix-xhur li ġejjin”, bil-ġganti Spanjoli jarawh bħala “indispensabbli” fil-club.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kien f’forma impressjonanti għal-Los Blancos matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja disa’ goals u rreġistra ħames assists f’14-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Vinicius għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu, iżda rapport riċenti sostna li l-Brażiljan huwa wieħed mill-ħames players l-inqas imħallsa fil-club minkejja l-importanza tiegħu għat-team.

Real Madrid qed iħejju biex iżommu diskussjonijiet mal-attakkant dwar ftehim ġdid, bil-club determinat li jassigura l-futur tiegħu.

Vinicius, li huwa maħsub li jaqla’ madwar €4m fi staġun, skorja darbtejn kontra Elche is-Sibt wara nofsinhar, hekk kif it-team ta’ Carlo Ancelotti kiseb rebħa ta’ 2-1 fil-La Liga.

Il-player mill-Amerika t’Isfel skorja 23 goal u rreġistra 28 assist f’132 dehra ma’ Real Madrid minn meta ngħaqad mal-Madrileni mingħand Flamengo f’Lulju tal-2018.

Sport