Tuesday, May 21, 2024

Rebħa kbira u meritata għal Ta’ Xbiex fuq Barracudas

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Barracudas………….. 7

Ta’ Xbiex…………….16

(1-3, 2-3, 1-4, 3-6)

Ta’ Xbiex, team mimli żgħażagħ ferm promettenti b’futur mill-isbaħ quddiemhom,  kisbu rebħa meritata  bl-iskor ta’  16-7 kontra Barracudas.

Għalihom spikka ferm il-player żagħżugħ Elijah Schembri li rreġistra po­ker personali kif ukoll Zak Cutajar Licari li min-naħa tiegħu skorja tliet goals.

Ta’ Xbiex ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Jayden Cassar, Zak Cutajar Licari u Jacob Saliba. T.J. Mifsud skorja l-uniku goal għal Barracudas.

Ta’ Xbiex rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-2 bl-iskorers tagħhom ikunu Elijah Schembri (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn penalty u Jamie Pace Mizzi. Jeremy Bugeja u T.J. Mifsud wieġbu għal Barracudas.

Ta’ Xbiex komplew jiddominaw u pproduċew l-isbaħ logħob meta rebħu t-tielet sessjoni bl-ikosr ta’ 4-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Elijah Schembri (2), Jacob Saliba u Zak Cutajar Licari. Dan sabiex Ryan Sciortino skorja għal Barracudas. 

Ta’ Xbiex għamlu l-en plain meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bl-awturi tal-goals ikunu s-solitu Zak Cutajar Licari, il-veteran Edward Aquilina, Jayden Cassar u Julian Chircop (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty u Jamie Pace Mizzi. Paul Micallef, Andrew Magri u Dalton Camilleri sabu x-xibka għal Barracudas.

Barracudas: 1-Matthew Gouder, 2-Ascanio Piccione, 3-Andrew Magri (1), 4-Paul Micallef (1), 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino (1), 7-Sean Aquilina, 8-Luke Galea, 9-Dalton Camilleri (1), 10-Sean Camilleri, 11-Jeremy Bugeja (1), 12-T. J. Mifsud (2), 13-Claude Bugeja, 14-Nigel Camenzuli Coach: Michael Scerri

Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aquilina (1), 4-Jamie Pace Mizzi (2), 5-Edward Meli, 6-Sam Engerer, 7-Jacob Saliba (2), 8-Jayden Cassar (2), 9-Elijah Schembri (4), 10-B. Attard Littschaw, 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop (2), 13-Zac Dzanovic, 14-Zak Cutajar Licari (3) Coach: Zoran Maslovar

Referees: Andrea Zedda, Stefan Licari

Sport