Friday, August 12, 2022

San Ġiljan jirkupraw wara ħasda kmieni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

San Ġiljan……………. 9

Birzebbugia………….. 3

(0-1, 3-1, 3-0, 3-1)

Wara ħasda inizjali, San Ġiljan wettqu reazzjoni biex għelbu lil Birzebbugia 9-3

Għalihom spikka Ben Plumpton li rreġistra poker personali kif ukoll il-captain Matthew Zammit li skorja tliet goals.

Madankollu, ta’ min ifaħħar il-wirja tal-players im­mexxija mill-coach Peter Borg li kieku sfruttaw iċ- ċansijiet perikolużi li ħolqu u kieku kienu iktar preċiżi fl-attakk, id-distakk seta’ kien wieħed inqas fil-konfront tagħhom.  

Birzebbugia kellhom bi­du tajjeb meta rebħu l-ewwel sessjoni 1-0 permezz ta’ Ben Grech.

Iżda s-Saints għamlu reazzjoni mmedjata ttrijonfaw fit-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, b’Ben Plumpton jirreġistra doppjetta għalihom bil-goal l-ieħor għalihom jasal Matthew Zammit.

San Ġiljan rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-0, fejn għa­lihom Matthew Zammit, Ben Plumpton u Nikolai Zam­mit niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers

Il-Ġiljanizi, immexxija mill-coach Kroat Zeljko Ko­vacic, rebħu wkoll l- aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, b’Nikolai Zammit, Ben Plumpton u Matthew Zammit isibu x-xibka għalihom. Min-naħa l-oħra, Marco Mannino skorja għal Birzebbugia, b’dan ifalli penalty iktar tard hekk kif tefa’ inkreddibilment barra.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea, 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit (3), 7-Ben Plumpton (4), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia, 10-Nikolai Zammit (2), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli, 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva, 15-Nathan Bo­navia – Coach: Zeljko Kova­cic

Birzebbugia: 1-Miguel Vassallo, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech (2), 5-Christian Mifsud, 6- Ryan Mock, 8-David Cutajar, 10-Keith Tanti, 11- Giuseppe Mannino (1), 12-Miguel Curmi, 13-Matthew Sladden, 14-Gabriel Sammut, 15-Manuel Giarratana – Coach: Pierre Borg

Referees: Tiziano Petrini, Peter Balzan

Ekonomija
Delicious

Sport