Sunday, December 22, 2024

Riċerka turi li mediċini kontra l-arthritis jafu jsalvaw il-ħajjiet ta’ pazjenti tal-Covid f’kura intensiva

Aqra wkoll

Żewġ mediċini użati biex tiġi trattata r-rheuamatoid arthritis tista’ tgħin biex issalva wieħed minn kull 12-il pazjent li qed jirċievi kura intensiva minħabba każ sever tal-Covid.

L-NHS Brittanika se tibda tagħmel użu ta’ tocilizumab biex jiġu trattati pazjenti pożittivi għall-Covid-19 mil-lum. Dan qaluh uffiċjali tas-saħħa Brittaniċi wara li riżultati minn madwar 800 pazjent ikkonfermaw il-benefiċċju tal-mediċina, potenzjalment tnaqqas ir-riskju tal-mewt b’24%.

Mediċina oħra kontra l-arthritis, sarilumab, jidher li għandha l-istess benefiċċji, fejn mhux biss tnaqqas ir-rata tal-mortalità iżda tnaqqas ukoll iż-żmien li pazjent iqatta’ fil-kura intensiva.

Ir-riżultati ġoddda, li għad iridu jiġu reviżjonati mill-komunità medika, inkisbu minn test kliniku magħruf bħala Remap-Cap li kien jinvolvi lil aktar minn 3,900 pazjent pożittivi għall-Covid-19 fi 15-il pajjiż differenti.

Ekonomija

Sport