Tuesday, September 1, 2026
Home Sport Riżultat mill-aqwa għal Malta waqt il-European Kids Athletics Games 2026 fir-Repubblika Ċeka

Riżultat mill-aqwa għal Malta waqt il-European Kids Athletics Games 2026 fir-Repubblika Ċeka

0
50

Malta kisbet riżultat mill-aqwa waqt il-European Kids Athletics Games 2026, li saru f’BRNO fir-Repubblika Ċeka bejn is-27 u t-30 ta’ Awwissu.

It-tim tas-subien (Rush Athletic Club) fir-relay 4x60m kompost minn Thomas Debono, Nathan Bonnici, Jake Caruana u Luke Spiteri, ta prestazzjoni eċċellenti u rebaħ il-midalja tal-fidda b’ħin ta’ 30.52 sekonda.

Dan ir-riżultat kien aktar impressjonanti hekk kif it-tim spiċċa 0.03 sekonda biss ‘il bogħod mill-aqwa marka nazzjonali Maltija.

M’hemmx dubju li din hija kisba sabiħa ħafna għal dawn l-atleti żgħażagħ u mument ta’ kburija għall-atletika Maltija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here