Zabbar SP iffirmaw lil Milos Jovicic bi trasferiment permanenti mingħand NK Osijek.
Il-winger Kroat jingħaqad mal-Klabb b’esperjenza internazzjonali fil-livell tal-youths, wara li rrappreżenta lit-tim nazzjonali tal-Kroazja ta’ taħt id-19-il sena.
Player żagħżugħ ta’ talent, Milos iġib miegħu veloċità, enerġija u kreattività fl-għażliet tal-attakk ta’ Zabbar SP.




