Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Team Chaudron ħa sehem fis-77 edizzjoni tat-tellieqa ‘Centomiglia del Lario’ fil-Lag ta’ Como, fejn kiseb riżultati mill-aqwa u wettaq prestazzjonijiet eċċezzjonali.
It-tim kiseb l-ewwel post fil-kategorija ‘Diporto Performance’, kiseb it-tieni post fil-klassifika ġenerali tac-‘Centomiglia del Lario’, u ġie rikonoxxut bħala l-aqwa dgħajsa tat-tip ‘monohull’ fil-kompetizzjoni kollha.
Din il-kompetizzjoni, li fiha pparteċipaw bejn 50 u 60 dgħajsa, kienet ikkaratterizzata minn xi diffikultajiet tekniċi għal Team Chaudron; dawn l-ostakli ma ħallewx lit-tim jisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-veloċità massima tad-dgħajsa.
Madankollu, it-tim immexxi mill-pilota Aaron Ciantar, flimkien mal-co-pilot Jurgen Barbara, xorta rnexxielu jikseb dawn ir-riżultati mill-aqwa.




