Saturday, May 4, 2024

Robert Abela jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ ħarġet l-aħbar tat-tielet rebħa Laburista infila, liema rebħa aktar tard irriżulta li kienet waħda b’maġġoranza ta’ madwar 40,000 vot, aktar kmieni llum Robert Abela ngħata l-ġurament bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin.

Il-Prim Ministru kien milqugħ minn eluf ta’ persuni li nġabru fil-Belt Valletta sabiex jakkumpanjawh f’din il-ġurnata tant importanti għalih f’dan l-ewwel mandat tiegħu mill-elettorat.

Matul il-mixja tagħhom mill-Palazz tal-President lejn Pjazza Kastilja, il-familja Abela għamlu diversi waqfiet biex jieħdu ritratti tal-okkażjoni ma’ dawk li nġabru għall-istennija tagħhom.

Din l-attività ngħalqet hekk kif il-familja Abela dehret isellem lil dawk kollha fil-pjazza mill-gallarija ta’ Kastilja. Mill-uffiċju tiegħu f’din il-binja, il-Prim Ministru ta’ pajjiżna se jkun qiegħed ikompli l-ħidma tiegħu biex l-elf proposta li ppreżenta fil-manifest tal-Partit Laburista jsiru elf kisba.

Sport