Rosianne Cutajar għadha kemm ħabbret li hi u l-partner tagħha Daniel Farrugia saru ġenituri hekk kif fl-aħħar ħin laqgħu lil binthom Chloé Rose: “Ninsabu tassew ferħanin bit-twelid ta’ bintna,” bdiet biex tgħid fil-kitba li tellgħet fuq il-profil ta’ Facebook.
“Ninsab tassew ħerqana biex nibda dan il-vjaġġ ġdid — l-irwol ta’ omm,” kompliet Rosianne.
Fl-aħħar nett hija rringrazzjat lit-tim mediku kollu tal-Isptar Mater Dei għad-dedikazzjoni tagħhom waqt il-proċess tal-ħlas, kif ukoll b’mod speċjali lil Chanelle — il-qabla li assistietha f’dan il-mument tant delikat.