Monday, June 15, 2026

Ruben Amorim jilħaq ftehim biex isir kowċ ta’ AC Milan

Aqra wkoll

Ruben Amorim lest li jirritorna fit-texxija ta’ klabb wara li qabel li jsir il-kowċ ġdid ta’ AC Milan. Din il-mossa se twassal biex Manchester United jiffrankaw ammont sinifikanti fuq il-pakkett ta’ kumpens tiegħu, wara li l-klabb kien keċċieh f’Jannar li għadda.

Amorim se jieħu post Massimiliano Allegri f’Milan wara li aċċetta kuntratt ta’ sentejn, bl-għażla tat-tielet wieħed, u se jkollu l-kompitu li jdawwar l-affarijiet wara li l-klabb spiċċa fil-ħames post fis-Serie A matul l-istaħun li għadda.

Ladarba Amorim ikun lura għax-xogħol, United mhux se jkunu aktar obbligati li jħallsu l-pakkett sħiħ ta’ kumpens ta’ £16.7m li l-kowċ ta’ 41 sena u l-coaching staff tiegħu kienu dovuti fil-ftehim ta’ tkeċċija.

Milan neħħew numru ta’ membri ewlenin mill-istaff tagħhom wara li ma rnexxilhomx jikkwalifikaw għaċ-Champions League. Id-direttur sportiv Igli Tare, il-kap eżekuttiv Giorgio Furlani u d-direttur tekniku Geoffrey Moncada ħallew il-klabb flimkien ma’ Allegri.

Il-kap tar-reklutaġġ ta’ Nottingham Forest, Pedro Ferreira, qed jiġi mmirat biex jingħaqad mal-kompatrijott Portugiż tiegħu Amorim ma’ AC Milan bħala parti minn riforma kbira.

Il-finanzi ta’ United żdiedu aktar bit-tħabbira li se jkunu s-suġġett ta’ dokumentarju tal-Amazon All or Nothing l-istaġun li ġej. Saru negozjati waqt li Amorim kien inkarigat iżda ġie deċiż li ma kienx il-waqt it-tajjeb li jiġu segwiti l-passi ta’ Manchester City u Tottenham u jingħata aċċess lill-produtturi tal-films.

Il-klabb se jirċievi somma ta’ aċċess akbar minn kwalunkwe ħlas ieħor għal dokumentarji preċedenti fil-ġeneru. Il-kameras se jkunu kostanti madwar il-klabb mill-bidu tal-pre-season, b’fokus fuq it-tim tal-irġiel taħt il-giwda ta’ Michael Carrick, filwaqt li jagħtu ħarsa wkoll lejn is-setups tan-nisa u tal-akkademja.

 “Issa huwa l-waqt it-tajjeb biex niftħu l-bibien tagħna, sabiex għall-ewwel darba l-partitarji tagħna madwar id-dinja jkunu jistgħu jaraw wara l-kwinti ta’ klabb li jfisser tant għal tant nies,” qal il-Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Manchester United, Toby Craig.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport