Monday, June 15, 2026

Caruana De Brincat Natalino u Farrugia Renata se jinħatru maġistrati ġodda

Aqra wkoll

Ġew maħtura żewġ Maġistrati ġodda biex iservu fil-Qrati tal-Maġistrati.

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President intqal li l-President se taħtar lil Natalino Caruana De Brincat u lil Renata Farrugia bħala Maġistrati ġodda, wara proċess ta’ għażla li beda b’sejħa pubblika f’April li għadda.

Il-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura evalwa 17-il espressjoni ta’ interess u ppreżenta lill-President kandidati meqjusa bħala l-aktar idonei għall-kariga.

Intant, dwar din l-aħbar irreaġixxa l-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja Clifton Grima, li qal li l-ġudikatura se tkompli tissaħħaħ b’żewġ Maġistrati ġodda. Intqal li bħala Ministru se jkompli bl-impenn biex jara li s-servizz mogħti jkompli jikber għall-ġid tal-poplu kollu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport