Wednesday, March 27, 2024

Sal-Ġimgħa filgħaxija Barcelona jkunu jafu jekk jistgħux jirreġistraw l-akkwisti l-ġodda

Aqra wkoll

Barcelona għandhom isiru jafu Il-Ġimgħa filgħaxija  jekk il-bejgħ ta’ 24.5% oħra ta’ Barca Studios jippermettilhom jirreġistraw lill-players kollha tagħhom għall-bidu tal-istaġun il-ġdid għada.

Il-club ħabbar il-bejgħ il-Ġimgħa filgħodu u wara li bagħat dokumentazzjoni rilevanti lil La Liga issa qed jistennew risposta.

Id-dipartiment tal-Kontroll Ekonomiku tal-Kampjonat Spanjol qed jirrevedi d-dettalji tal-aħħar bejgħ ta’ Barcelona u jittama li jagħti tweġiba lill-club illum.

Il-club s’issa ma setax jirreġistra lill-akkwisti ġodda Robert Lewandowski, Raphinha, Franck Kessie, Andreas Christensen u Jules Kounde. Sergio Roberto li ffirma kuntratt ġdid dan is-sajf u Ousmane Dembele li ffirma mill-ġdid għall-club wara li sar free agent qed jistennew ukoll ir-reġistrazzjoni tal-La Liga.

Jaume Roures, il-kap tal-kumpanija Orpheus Media li xtraw parti mill-kumpanija ta’ produzzjoni interna ta’ Barcelona għal 100m jgħid li huwa fiduċjuż li l-club issa se jkun jista’ jpoġġi l-istilel kollha tagħhom.

Roures huwa wkoll il-kap eżekuttiv ta’ MediaPro – li hija l-kumpanija li ffirmat ftehim televiżiv ta’ £2.75 biljun biex xxandar il-logħob tal-Ligue 1 fis-sajf tal-2020.

Ekonomija

Sport