Sunday, December 22, 2024

Saqet fil-karreġġjata l-ħażina u ħabtet ma’ xarabank…

…Passiġġier jagħmel ġimgħatejn f’koma u spiċċa b’diżabilità permanenti

Aqra wkoll

Mara li kienet qiegħda ssuq karozza f’San Ġiljan qabdet il-karreġġjata l-ħażina u spiċċat daħlet f’karozza tal-linja. Il-passiġġier li kellha magħha Josè Alberto Dura, kien spiċċa għamel ġimagħtejn f’koma u riżultat tal-ħabta baqa’ b’diżabilita permanenti. Il-Qorti tal-Maġistrati kienet tatu kumpens ta’ €260,825, iżda dan fil-Qorti tal-Appell spiċċa tela’ għal €338,049. Il-Qorti irrimarkat kif il-kawża tal-ħabta kienet l-għejja u ix-xorb alkoholiku.

Ix-xufier tax-xarabank Carmel Mallia kien xehed li “kont nieżel fi triqti lejn San Ġiljan, kif qbiżt il-ħanut Sunrise Inn, fl-ewwel dawra sibt vettura tiela’ għal ġo wiċċi”.  Kompla jgħid li “mill-vija tiegħi, kienet tiela’ kontrija ġot-triq tiegħi … u jien nieżel hekk fil-kantuniera”. Dan ifisser li x-xufiera, Maria Spiteri telgħet biċċa sew mill-karreġġjata qabel seħħet il-ħabta. Jiġi b’hekk, li din il-Qorti qiegħda tasal għall-istess konklużjoni tal-Ewwel Qorti, li kien is-sewqan ħażin tagħha li wassal għall- inċident u mhux l-allegat blackout. 

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell qalet li “aktar milli blackout, din il-Qorti aktar tqis li x-xufiera setgħet forsi kienet għajjiena, peress li kienet ilha barra mid-9.00 ta’ filgħaxija tal-ġurnata ta’ qabel u l-inċident seħħ fil-5.20 ta’ filgħodu. Magħdud ma’ dan, hemm il-fattur l-ieħor, li x’aktarx iktar iva milli le, hija kienet ikkunsmat xorb alkoħoliku qabel ma seħħ l-inċident. Fil-fehma ta’ din il-Qorti, dan il-fattur tax-xorb ma jistax jitqies irrilevanti bħalma ngħad mill-Ewwel Qorti, peress li x’aktarx kienu sewwasew l-għejja u l-konsum tal-alkohol li wassal li hi tagħmel l-iżball li taqbad il-karreġġata l-ħażina, aktar milli l-każ li l-konvenuta kellha blackout. 

José Alberto Dura Sapina, il-passiġġier kien allega li hi ħabtet ma’ xarabank b’negliġenza, traskuraġni, imperizja u nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti tat-traffiku.

Minħabba li Josè Alberto ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà, ingħata ukoll parti mit-tort. Filfatt il-Qorti tal-Appell qalet li “qiegħda tħassar dik il-parti tas-sentenza appellata fejn l-Ewwel Qorti ma sabitx lil José Alberto Dura Sapina kkontribwixxa għad-danni mġarrba minnu, u minflok tqis li huwa kkontribwixxa għad-danni mġarbba minnu f’perċentwal ta’ 15 fil-mija.  Tvarja s-sentenza appellata u tillikwida d-danni kollha mġarrba mill-passiġġier José Alberto Dura Sapina fis-somma ta’ €338,049.29 minflok il-€260,825.95.

Ekonomija

1 kumment

  1. Allura sewwa ghall qorti li jkollok kelb tohrog iddawru u meta jhammeg ma tigbrux u jekk ikun quddiem bieb ta dar thallih henm.Min jaf kieku din il persuna ghamlet hekk quddiem il villa tal magistrat/mhallef xkienet tkun is sentenza.

Comments are closed.

Sport