Wednesday, April 24, 2024

Se jfakkru l-memorja ta’ Dr Calvagna b’ġirja fil-Qawra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Puttinu Cares se tkun qiegħda torganizza Fun Run li tfakkar il-memorja tal-mibki Victor Calvagna.

Fit-22 ta’ Ġunju li ġej dawk li huma interessati jingħaqdu biex ifakkru l-memorja tiegħu, jagħmlu ħin ta’ eżerċizzju fiżiku u fl-istess waqt jgħinu lil dawk li tant kienu għal qalb l-istess Calvagna, għandhom jirreġistraw mal-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-konsulent kien involut f’inċident tat-traffiku fl-aħħar tas-sena li għaddiet u sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-jiem wara.

Huwa jibqa’ mfakkar għall-imħabba tiegħu lejn dawk l-aktar fil-bżonn u għall-isport li tant kien iħobb.

Sport