Il-Ministru Chris Bonett, filwaqt li awgura lill-gradwati kollha ġodda fil-qasam marittimu f’pajjiżna, ħabbar li l-Gvern se jkompli jżid l-investimenti kif ukoll se tisaħħaħ il-kollaborazzjoni ma’ MaritimeMT.

Ilbieraħ, kienu ffirmati żewġ ftehimiet ġodda mmirati “biex joffru l-aqwa opportunitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni għall-istudenti f’dan il-qasam f’pajjiżna,” ħabbar il-Ministru Bonett.